Maltese

To assist people from multicultural communities, important information is available in a number of languages.

Maltese

Preambolu:

State Emergency Services (Is-Servizz tal-Emerġenza tal-Istat), (SES) hija organizzazzjoni volontarja li tkun tista' tgħinek f'emerġenza ta' għargħar jew maltempata. Ma jkollokx għalfejn tħallas għal dan is-servizz.

Jekk iċempel 132 500 mit-telefon tiegħek, voluntiera minn SES jiġu d-dar tiegħek jekk tkun ġiet mgħarrqa jew bi ħsara mill-maltempati. Tista' wkoll titlob traduttur. Voluntiera tal-SES dejjem jilbsu uniformi oranġjo. Huma għandhom esperjenza fir-reazzjoni għal emerġenzi ta' għargħar u maltempati.

Jekk jogħġbok ara hawn taħt għal aktar informazzjoni dwar kif tista' tipprepara lill-familja tiegħek u d-dar tiegħek għal għargħar u maltempati.

Jekk ma tifhimx din l-informazzjoni, staqsi lil xi membru tal-familja, xi ħabib jew ġara għall-għajnuna

Messaġġi ġenerali

Emerġenzi jistgħu jiġru kullimkien, f'kull ħin.

Billi tipprepara għal emerġenzi, tkun tista' tnaqqas l-impatt ta' l-emerġenza, u tirkupra aktar malajr wara.

Irridu niżguraw li n-nies ta’ Victoria kollha jkunu ppreparati u jafu x'għandhom jagħmlu f'każ li ż-żoni ta’ ħdejhom jintlaqtu minn maltempati jew għargħar.

Jekk għandek bżonn interpretu biex jgħin b'informazzjoni ta' emerġenza, ċempel lis-Servizz ta' Traduzzjoni u Interpretazzjoni fuq 131 450 (ċempila bla ħlas) u staqsihom biex iċemplu l-VicEmergency Hotline (1800 226 226).

Jekk taf lil xi ħadd li ma jistax jitkellem bl-Ingliż, ipprovdilhom dan in-numru.

Oqgħod attent wara emerġenza, għax jistgħu jkunu jeżistu xi perikli.

Jista' ma jkunx sigur għalik li tirritorna lejn id-dar jew il-post tax-xogħol tiegħek.

Żomm ruħek infurmat - immonitorja t-twissijiet tal-maltemp u l-għargħar permezz tal-VicEmergency Hotline(1800 226 226) jew fuq il-websajt VicEmergency - https://emergency.vic.gov.au/respond/

Speċifika għat-Tempesta

Il-maltempati jistgħu jseħħu kullimkien u fi kwalunkwe ħin.

Jistgħu jġibu riħ qawwi, għargħar qawwi, silġ kbir u sajjetti.

Jistgħu jikkawżaw ħsara kbira u jpoġġulek ħajtek f'riskju.

Jekk għandek bżonn interpretu biex jgħin bl-informazzjoni ta' emerġenza, ċempel lis-Servizz ta' Traduzzjoni u Interpretazzjoni fuq 131 450 (ċempila bla ħlas) u staqsihom biex iċemplu l-VicEmergency Hotline (1800 226 226).

Ippjana għal dak li tkun se tagħmel u x’ser tieħu miegħek, jekk ikollok bżonn tevakwa.

Sib kif tipprepara d-dar u / jew il-post tax-xogħol tiegħek, u x'għandek tagħmel waqt maltempata, fuq il-websajt ta’ VICSES - www.ses.vic.gov.au